Godwin Grech
Kandidat ġdid f'isem il-Partit Laburista għall-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.
04/10/2024
Ninsab bla kliem.
Roderick, dejjem kont ta’ sapport meta kelli bżonn u kont dejjem tfittex li tgħin lil dawk madwarek.
Nirringrazzjak minn qalbi u nagħti l-kondoljanzi sinċieri tiegħi lil martu, uliedu u l-familja kollha f’dan il-mument diffiċli.
02/10/2024
Wara li semmejtuli l-ħtieġa li ntejjbu l-indafa ta’ Santa Marija, tkellimt mas-sid tal-art privata u wasalna fi ftehim. Ix-xogħol issa tlesta, u hemm ċint ġdid wara l-bring-in sites biex jgħin fl-indafa u s-sigurtà. ✅
Nixtieq nirringrazzja lil kull min kien involut f’dan il-proġett għall-kollaborazzjoni u l-appoġġ tagħhom. 🙏
23/09/2024
Awguri kbira lil marti Evelyn 🎂
Grazzi talli dejjem tkun hemm għalina. ❤️
16/09/2024
Illum, flimkien mas-sindku, iltqajt mas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Omar Farrugia, fejn iddiskutejna l-progress tal-proġett ta' spazju miftuħ fi Ġnien Indipendenza, f'Ħaż-Żebbuġ, u l-manutenzjoni li għaddejja fuq l-Arka ta' De Rohan.
Dawn il-proġetti huma prova konkreta tal-impenn li għandna lejn it-titjib tal-infrastruttura u l-kwalità tal-ħajja f'Ħaż Żebbuġ.
26/08/2024
Minn qalbi nixtieq ngħid prosit kbira lil Dr. Malcolm Paul Agius Galea u t-tim tiegħu tal-attività b'suċċess b'risq Puttinu Cares !
10/08/2024
Proset kbira għas-serata mtella lbieraħ għal-festa ta' Santa Marija f'Ħal Muxi. 👏
Grazzi għal dawn l-attivitajiet li nibqgħu ngħożżu l-valuri tagħna u nżommu ħaj l-ispirtu sabiħ ta' komunità magħquda f'Ħaż-Żebbug.
25/07/2024
Prost kbira lill-Każin San Ġużepp u Banda De Rohan il-Baned Maltin tal-kunċert li tellgħu lbieraħ fil-pjazza tagħna!
26/06/2024
Ilbierah waqt il-ġurament tal-ħatra bħala kunsillier għall-kunsill ta' Ħaż-Żebbuġ.
Tlaqna bil-ħidma 💪
16/06/2024
Jum il-Missier it-tajjeb lill-missirijiet kollha.
12/06/2024
Elett bħala kunsillier ġewwa Ħaż-Żebbuġ f'isem il-Partit Laburista għall-ewwel darba.
Grazzi lir-residenti kollha tal-fiduċja. Inħares il-quddiem għal aktar ħidma. 👊
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Website
Address
Ħaz-Zebbug