Stanley Zammit
Inġinier u Shadow Minister għall-Ippjanar, il-Kostruzzjoni u l-Artijiet
03/06/2026
Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor ikkomunikaw u qed jikkomunikaw miegħi b'mesaġġi ġenwini ta' nkoraġġiment wara n-numru sabieħ ħafna tal-ewwel preferenza u issa li ser nikkontesta fl-elezzjoni każwali.
Il-poplu tkellem u d-deċiżjoni tiegħu hija ċara. Nirrispettawha b’umiltà u sens ta’ responsabbiltà.
Ma ngħejja qatt nirringrazzja kull min tani l-fiduċja tiegħu, lil dawk kollha li ħadmu miegħi matul din il-kampanja u lil kull min semma’, iddiskuta u qasam il-ħsibijiet tiegħu miegħi.
L-elezzjoni għaddiet, iżda l-ħidma tkompli. Nemmen aktar minn qatt qabel fil-politika li tiltaqa’, tisma’ u taġixxi.
Se nibqa’ naħdem b’enerġija, onestà u kompetenza għall-ġid tal-pajjiż u tal-komunitajiet tagħna.
Dan kien il-messaġġ primarju tiegħi fl-artiklu f’Il-Mument tal-Ħadd li għadda.
01/06/2026
Wara ġurnata twila u mimlija tlugħ u nżul, inħossni imċekken għall-appoġġ u l-fiduċja kbira li rċevejt permezz ta’ 2⃣4⃣0⃣7⃣ vot bl-ewwel preferenza.
Bil-ħidma matul l-aħħar 4 snin il-Partit Nazzjonalista żied siġġu fil-5 distrett.
Irrid minn qalbi nawgura lil Perit Toni Bezzina u lil Dr. Conrad Borg Manché li ġew eletti.
Grazzi lil sħabi l-kandidati li kkontestaw u kelli l-pjaċir naħdem magħhom f'armonija kbira matul din il-kampanja.
Apprezzajt immens lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor kienu miegħi fir-roller coaster ta' emozzjonijiet u teknikalitajiet fil-counting hall.
Skond l-istatut tal- Partit Nazzjonalista ser jiġi vakat siġġu fil-5 Distrett.
Konsegwentament, ser inkun qed nikkontesta fl-elezzjoni każwali sabiex inkun nista' nkompli ħidmieti u nirrapreżentakom fil-Parlament.
Geazzi mill-qalb.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Address
17, Wenzina, Constitution Street
Birzebbuga
BBG2171