Marsa Local Council

Marsa Local Council

Share

Għas-servizz tar-resident Marsi. Marsa Local Council

05/06/2026

🎉❤️💙 FESTA TAT-TFAL FIL-MARSA 💙❤️🎉

Il-Kunsill Lokali tal-Marsa jixtieq jinforma lir-residenti kollha dwar il-Festa tat-Tfal organizzata mill-Iskola Primarja tal-Marsa – San Ġorġ Preca College.

📅 L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2026
🕣 Mit-8:30am sad-9:30am

Wara s-suċċess kbir tas-sena li għaddiet, din is-sena ser terġa’ tittella’ attività sabiħa ddedikata għat-tfal tagħna.

🎺🥁 Se ssir purċissjoni qasira mill-iskola sal-Knisja tat-Trinità Qaddisa, bis-sehem tat-tfal tal-iskola u akkumpanjata minn banda, f’atmosfera ferriħija u mimlija briju.

👨‍👩‍👧‍👦 Inħeġġu lill-familji kollha, residenti u ħbieb tal-Marsa biex jingħaqdu magħna u jagħtu s-sapport tagħhom lit-tfal tagħna f’din il-festa speċjali.

👏 Prosit lill-amministrazzjoni tal-iskola, lill-għalliema, lill-istaff kollu u lill-ġenituri għall-impenn tagħhom sabiex jorganizzaw attività li tkompli ssaħħaħ il-komunità tagħna.

📍 Narawkom nhar l-Erbgħa filgħodu għal Festa tat-Tfal mimlija ferħ, tradizzjoni u komunità!

29/04/2026

Residenti tal-Marsa,

Il-Kunsill Lokali tal-Marsa qed jorganizza ikla (buffet) speċjali għal Jum l-Omm 🌸

📅 Data: Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju 2026
🕚 Ħin: 11:00am
📍 Post: Topaz Hotel, San Pawl il-Baħar
💶 Prezz: €15

🚌 Trasport inkluż fil-prezz
📌 Tluq minn:

Ħdejn il-Knisja tat-Trinità Qaddisa
Ħdejn il-Knisja ta’ Marija Reġina
Pjazza G.F. Abela

📆 Għall-booking jew aktar informazzjoni, ikkuntattjaw lill-Uffiċċju tal-Kunsill bejn:
It-Tnejn 4 u l-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2026

⚠️ Il-postijiet huma limitati!

Ejja niċċelebraw flimkien Jum l-Omm f’atmosfera sabiħa u pjaċevoli 💐

Want your organisation to be the top-listed Non Profit Organisation in Marsa?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Address


Pont San Tumas
Marsa