In-Nassi
Local small scale fishermen - yesterday and today
11/11/2025
Meta l-bahar kien mimli hut u l-makni kienu l-imqadef u l-qlugh.
Il-jum it-tajjeb.
Fid-9 ta’ Mejju 1740 il-Gran Mastru Despuig ħareġ lista tal-ħut bil-prezzijiet li kellhom jinbiegħu. Il-lista fiha 68 ħuta, fosthom ċ-ċippullazza, il-lampuki, il-mulett, il-qarnit, it-tonn, it-trill u l-vopi. L-ogħla kien il-pixxispad (60 grani r-ratal) u fost l-orħos kien hemm l-inċova (20). Il-lampuka kienet 24. Is-sajjieda tħallew fil-libertà jiffissaw huma l-prezz tal-klamari u s-siċċ iż-żgħir.
Il-Maltin u l-Għawdxin kienu jieklu l-ħut regolarment, l-aktar meta kienu jħarsu l-obbligu reliġjuż li ma jieklux laħam nhar ta’ Ġimgħa. Kien hemm ħafna familji b’devozzjoni lejn il-Madonna ma kinux ukoll jieklu laħam nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt.
Il-Kanonku Ġann Piet Franġisk Agius De Soldanis li kien qed jikteb fl-istess żmien jgħidilna dwar il-baħar u s-sajjieda Għawdxin: “Il-baħar tagħna joktor bil-ħut. Ħaġa din li jaraha kulħadd, billi ma tulek ja sena, it-tokk ikun mimli b’kull xorta ta’ ħut sabiħ u fin bil-gzuz, li minnu tiddobba Malta wkoll, fejn tintbagħat biċċa sew minnu. Dar s-sajjieda tagħna kienu jistadu wkoll għat-tonn, imma billi għal dan is-sajd kienu jinħtieġu spejjeż kbar u mħabba wkoll il-ħsarat tar-riħ, is-sajjieda qatgħu jieshom u ħallew kollox.”
F’Malta jidher li s-sajjieda baqgħu joħorġu għat-tonn għax insibuh imniżżel bil-prezz ta’ 30 grani r-ratal. Il-Gran Mastru ried jaqta’ d-drawwa li l-bejjiegħa tal-ħut jixtru l-ħut kollu li jaqbdu s-sajjieda u jbiegħuh huma lix-xerrejja. Fl-1732 ħareġ proklama li għandhom ikunu s-sajjieda biss li jbiegħu l-ħut li jaqbdu. Jistgħu jbiegħuh biss fuq il-moll u fil-pjazza ħdejh fejn kellhom permess iħottu l-ħut xħin jidħlu mis-sajda.
Tinbena l-Pixkerija
Bejn l-1736 u l-1741 biex jorganizza aħjar il-bejgħ tal-ħut ordna li jinbnew erba’ mħażen biex jintużaw bħala Pixkerija ħdejn il-bini tad-Dwana fil-Port il-Kbir. Is-sajjieda kienu ordnati jieħdu l-qabda tagħhom u jbiegħuh bil-piż uffiċċjali.
Fl-istudju tiegħu ‘The Fishing Industry in Malta’ (PIN 1995), Stanley Farrugia Randon jgħidilna li l-ħut kellu jinbiegħ mhux iżjed minn dak iffissat fil-lista ta’ prezzijiet uffiċċjali. Fil-pixkerija setgħu jbiegħu biss is-sajjieda jew dawk li kellhom permess. Biex il-bejjegħa tal-ħut ma jilħqux jixtru l-ħut kollu u ma jħallux lix-xerrejja jixtru direttament mingħand is-sajjieda, il-bejjiegħa ma setgħux jixtru qabel ma tgħaddi siegħa mindu l-ħut joħroġ għall-bejgħ.
Kien hemm uffiċċjali jaraw li r-regoli qed jiġu segwiti. Imma wara ftit, ħafna mir-regoli ġew abbandunati għax kien jiksirhom kulħadd. L-uniċi regoli li nżammu kien li l-ħut jinbiegħ bil-piż, bil-prezz iffissat uffiċċjalment u kemm is-sajjieda kif ukoll il-bejjiegħa kellhom joħorġu għall-bejgħ il-ħut li jkun inqabad dakinhar stess.
Meta laħaq il-Gran Mastru Pinto, ordna li l-Pixkerija tingħalaq u l-bejgħ tal-ħut isir barra fuq il-moll u l-pjazza ta’ ħġdejh. Obbliga lill-bejjiegħa tal-ħut jirreġistraw mal-qorti tal-Castellania għax inkella ma setgħux ibiegħu ħut iżjed.
Saħħa u sliem.
Is-sajjieda Carmelo Delia u Carmelo Abela jirringrazzjaw lil Madonna li salvathom meta fl-1890 xi 7 mili ‘l barra minn Marsaskala attakawhom ħut kbir. Delia u Abela salvaw. Is-sajjieda l-oħra kielhom il-ħut kbir.
06/05/2025
Min jaf kliemu jasalx sa din il-hagra spulpjata?
Sir David Attenborough Ocean film 'greatest message he's told' Sir David says his new film Ocean is one of the most important of his career.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Website
Address
Marsaxlokk
MXK1516