Museum Mosta

Museum Mosta

Share

M.U.S.E.U.M. (Subien)
19, Triq Papa Gwanni XXIII
Mosta, MST1122

Tel: 21413363

08/06/2026

ADORAZZJONI EWKARISTIKA

Matul din il-ġimgħa fil-parroċċa qed tiġi organizzata Ġimgħa Ewkaristika. Ġimgħa li matulha aħna lkoll imħeġġa nersqu aktar lejn l-Ewkaristija.

Għaldaqstant, illum it-Tnejn 8 ta' Ġunju, se ssir adorazzjoni Ewkaristika għat-tfal kollha tal-parroċċa fil-Bażilika.
Dawk f'Sena 1 sa Sena 3 (year 2 sa year 4) mill-5:00pm sal-5:30pm.
Dawk f'Sena 4 sa Sena 6 (year 5 sa year 7) mis-5:45pm sas-6:15pm.
It-tfal huma mistiedna jattendu għal din l-adorazzjoni flimkien mal-ġenituri tagħhom. Jekk hemm aħwa li jmisshom jattendu f'ħinijiet differenti, inti bħala ġenitur tista' tagħżel ħin wieħed li hu l-aħjar għalikom u tattendu għaliha.

It-tfal fil-klassi tal-Infantili u l-Magħżulin u l-Aspiranti llum ikollhom Museum bħas-soltu.

06/06/2026

IS-SIBT 6 ta' Ġunju
Il-Museum jiftaħ fis-6:30pm għal Ċelebrazzjoni Ewakristika u ħin ta logħob. Sena 5 sa Magħżulin 1 ( year 6 sa year 8 ) jispiċċaw fit-8:00pm. Il-Magħżulin 2 u l-Aspiranti (year 9+) jistgħu jdumu ftit aktar għal ħin ta' logħob u ikel mal-prefetti. Idumu sad-9:30pm.

IL-ĦADD 7 ta' Ġunju
AM - Nieħdu sehem fil-quddiesa f'xi ħin matul il-ġurnata.
PM - It-tfal kollha huma mħeġġa jattendu għall-purċissjoni ta' Corpus Christi fil-parroċċa, fil-preżenza ta' Ġesù Sagramentat. Il-Museum jiftaħ fil-5:30pm għal ħin ta' logħob, u wara mmorru l-knisja biex nieħdu sehem fil-purċissjoni li toħroġ mill-Bażilika fis-6:30pm. Indumu sa xi t-8:00pm. Wara l-Magħżulin 2 u l-Aspiranti (year 9+) imorru jixtru x'jieklu flimkien.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Mosta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Telephone

Address


19, Triq Papa Ġwanni XXIII
Mosta
MST1122