Wild Birds Regulation Unit
Malta Branch: (+356) 2215 6102
Gozo Branch: (+356) 2215 6965
20/03/2026
Illum ħarġet call oħra. Manager II
https://recruitment.gov.mt/en/job/d53cfd011713(5(71d7-4655-b1(134(4655-b104-c95251a(5280
Data tal-għeluq: 07/04/2026 17:15.
Peress li l-urls fihom "(", il-hyperlink ma jinkludix kollox. Importanti li tikkuppjaw l-url kollu.
Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II (żewġ calls separati – ara l-links rispettivi aktar ’l isfel), Manager I (Research) u Assistant Manager (Research) biex iservu fl-uffiċċju tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) f'Santa Venera (Malta).
Tista' taċċessa d-dettalji kollha relatati ma' dawn il-posts, inkluż kif tapplika, billi TIKKOPJA L-LINK (url) rispettiv t'hawn taħt u tiftħu mill-web-browser tiegħek:
Manager II
https://recruitment.gov.mt/en/job/96d977811610(5(b259-4b28-bb(134(4b28-bb92-2949a4e(65138
Manager I (Research)
https://recruitment.gov.mt/en/job/3d1f87a11611(5(9a67-45cd-b6(134(45cd-b63e-27ea884(5280
Assistant Manager (Research)
https://recruitment.gov.mt/en/job/84cdd1a11700(5(2e90-4b82-be(134(4b82-be17-b634d8d(65138
Data tal-għeluq: 30/03/2026 17:15
----
Manager II
https://recruitment.gov.mt/en/job/d53cfd011713(5(71d7-4655-b1(134(4655-b104-c95251a(5280
Data tal-għeluq: 07/04/2026 17:15
Dawk kollha li għandhom liċenzja ġenerali tal-kaċċa u/jew liċenzja ġenerali tal-insib li ser tiskadi fl-1 ta’ Mejju tal-2026 intbagħtitilhom ittra u il-formola tal-applikazzjoni għal-Liċenzja Ġenerali. L-applikazzjoni għandha timtela, tiġi ffirmata u ppreżentata fl-eqreb fergħa tal-MaltaPost mill-Ħamis 12 ta’ Frar sas-Sibt 21 ta’ Frar (l-Ħadd eskluż). Importanti li taqra sew il-kontenut tal-formola, u timla s-sezzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet kollha—applikazzjonijiet mhux kompluti ma jiġux aċċettati.
Meta l-applikant imur japplika għal-liċenzja ġenerali, għandu jippreżenta dawn id-dokumenti lill-uffiċjali tal-MaltaPost:
1. Il-liċenzja ġenerali li għandu bħalissa (NB: il-liċenzji ġenerali li ser jiskadu għandhom jinżammu u ma jingħatawx lill-MaltaPost).
2. Il-formola tal-applikazzjoni kompluta u ffirmata;
3. Flus kontanti jew ċekk maħruġ f’isem il-MaltaPost.
Hekk kif mitlub minn Skeda X tal-L.S.549.42, l-applikanti għandhom iħallsu miżata ta’ €50 għal KULL KATEGORIJA tal-Liċenzja Ġenerali li ser iġeddu, iżda fil-każ tal-Liċenzja Ġenerali tal-qbid tal-fenek selvaġġ (bix-xibka, nemes u klieb) il-ħlas dovut huwa ta’ €25. L-applikanti intitolati biss li jġeddu l-kategoriji ta' liċenzja li għalihom diġa liċenzjati. L-applikanti ser tinħarġilhom riċevuta tal-ammont imħallas, li għandha tinżamm mill-applikant. Wara li l-applikazzjoni tiġi verifikata, l-Liċenzji Ġenerali flimkien mal-ktejjeb il-ġdid tal-kaċċa/insib jitqassmu permezz ta’ ittra reġistrata.
22/09/2025
Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II (Customer Care) u Manager I (Geographic Information Systems) biex iservu fl-uffiċċju tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) f'Santa Venera (Malta).
Tista' taċċessa d-dettalji kollha relatati ma' dawn il-posts, inkluż kif tapplika u sa meta, billi tikkopja dawn il-links (url) t'hawn taħt u tiftaħhom mill-web-browser tiegħek:
Manager II (Customer Care) https://recruitment.gov.mt/en/job/52cb22610995(5(c07c-49e4-a6(134(49e4-a6aa-f107bb9(65138
Manager I (Geographic Information Systems)
https://recruitment.gov.mt/en/job/75abead11003(5(e888-43a2-bb(134(43a2-bb83-6b67e24(65138
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the organisation
Website
Address
Wild Birds Regulation Unit. 122, Triq Misraħ Il-Barrieri, Santa Venera
Msida
Opening Hours
| Monday | 10:00 - 12:00 |
| Tuesday | 10:00 - 12:00 |
| Wednesday | 10:00 - 12:00 |
| Thursday | 10:00 - 12:00 |
| Friday | 10:00 - 12:00 |