Museum Rabat
Il-qasam tar-Rabat tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija - M.U.S.E.U.M. (Sezzjoni Maskili)
03/06/2026
Bħal-lum 19-il sena San Ġorġ Preca ġie dikjarat qaddis mill-Papa Benedittu XVI. Ġie msejjaħ 'ħabib tal-Evanġelju' u 't-tieni missierna fil-fidi wara l-Appostlu San Pawl.' Nimitawh speċjalment fl-imħabba li kellu lejn ix-xandir tal-Kelma t'Alla filwaqt li nitolbu għall-vokazzjonijiet fil-Museum. San Ġorġ Preca itlob għalina.
23/05/2026
Illejla l-grupp tal-Magħżulin 2/Aspiranti jieħdu sehem f'attività tas-Soċjetà f'Pembroke. Jitilqu mill-Museum fis-6:15pm. Illejla wkoll għandna s-seminar għall-ġenituri u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Nibdew fil-5:00pm skont l-avviżi li tqassmu.
Il-Museum jiftaħ fis-6:30pm għall-gruppi tal-Preparatorja u l-Magħżulin 1. Ħin sat-8:15pm.
Għada l-Ħadd inqaddsu dan il-jum bil-quddiesa. Għada niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja - Pentekoste. Waqt il-quddiesa tal-10:30am il-grupp Preparatorja 2 (Sena 6) se jressqu t-talba biex f'Ottubru li ġej jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Għalhekk kull min se jersaq għal dan is-Sagrament f'Ottubru li ġej, flimkien mal-ġenituri u parrini għandhom jattendu.
Filgħaxija fl-4:00pm se mmorru għal ħin fil-kampanja. Ikollna ħin ta' logħob u insajru xi ħaġa tajba flimkien. Ħin sas-7:30pm.
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the place of worship
Telephone
Website
Address
MUSEUM, Triq Taċ-Ċagħki
Rabat
RBT2160
Opening Hours
| Monday | 17:45 - 19:45 |
| Tuesday | 17:45 - 19:45 |
| Thursday | 17:45 - 19:45 |
| Friday | 17:45 - 19:45 |
| Saturday | 18:00 - 22:00 |
| Sunday | 10:00 - 11:00 |
| 15:30 - 19:00 |