Joseph Agius
Viċi Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ. 🕊️
Responsabbli għat-Tfal, iż-Żgħażagħ u d-Diżabilità.
iż-Żebbuġin kollha ninsabu b’sogħba kbira wara li smajna l-aħbar li ħalliena Guzi Il-majjistra Schembri.
Raġel li kellu mħabba kbira lejn Ħaż-Żebbuġ u lejn in-nies tiegħu. Ta’ spiss kien iċempilli biex nitkellmu u naqsmu kelmtejn flimkien, u dawk il-mumenti nibqa niftakarhom b’għożża kbira.
Strieħ fis-sliem, Ġużi. Il-memorja tiegħek tibqa’ tgħix fina għal dejjem. ❤️
05/04/2026
Nawgura l-Ghid t-tajjeb lilek u l- familja taghkom. ❤️🐣
02/03/2026
Bonġu ❤️
Il-politika mhijiex biss kliem, iżda impenn li nisimgħu lin-nies u naħdmu b’dedikazzjoni għall-ġid komuni. Il-bidla vera titwieled mid-deċiżjonijiet li nieħdu llum biex nibnu futur aħjar għal kulħadd.
01/02/2026
Fuq il-gazzetta, KullHadd tkellimt fuq il-ħidma tiegħi fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Gvern Laburista li dejjem poġġa l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. 🎓✊
L-istudenti se jirċievu żieda ta’ 15% fl-istipendju, jiġifieri bejn €17 u €58 kull 4 ġimgħat eskluża l-COLA għall-istudenti. Investiment ta’ €6 miljun fl-istudenti kollha.
17/01/2026
Mumenti li ma ninsew qatt. ❤️
Kburi li nagħmel parti minn dan it-tim. 🇲🇹💪
Partit Laburista | Żgħażagħ Laburisti | PL Haz-Zebbug
16/01/2026
•6 snin ta’ Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela.
•6 snin ta’ tmexxija b’saħħitha taħt Robert Abela.
•6 snin ta’ ħidma bla waqfien, deċiżjonijiet kuraġġużi u progress li jagħmel ġieħ lil Malta u Għawdex. ❤️🇲🇹
Robert Abela | Partit Laburista
31/12/2025
Nawguralkom Sena Ġdida t-tajba mimlija saħħa, paċi u tama. Sena oħra ta’ ħidma bla waqfien, ta’ smigħ u ta’ impenn lejn il-komunità tagħna. Flimkien nistgħu nibnu futur aħjar għal kulħadd. ❤️
PL Haz-Zebbug | Kunsilliera PL Ħaż-Żebbuġ
24/12/2025
F’ismi u f’isem il-familja tiegħi, nixtieq nawguralkom Milied mimli paċi, ferħ u mħabba, kif ukoll Sena
l-Ġdida mimlija saħħa u suċċessi.
PL Haz-Zebbug | Kunsilliera PL Ħaż-Żebbuġ
22/12/2025
Bongu! ❤️
Il-Ħidma tiegħi fil-politika u fil-lokal huma mibnija fuq il-kuntatt man-nies, għax in-nies huma ċ-ċavetta tal-progress.
Kunsilliera PL Ħaż-Żebbuġ | PL Haz-Zebbug
Il-Christmas Party tal-Kunsill Lokali 2025 kien ta` suċċess.💚💛
Dan kien possibbli grazzi għall-parteċipazzjoni tal-komunità talli ġabu lit-tfal tagħhom u l-ħidma kollettiva ta’ dawk kollha involuti. Nirringrazzja lill-kollegi għall-għajnuna matul il-preparamenti. 🎄🎅
Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ
Click here to claim your Sponsored Listing.
Category
Contact the public figure
Telephone
Website
Address
Haż-żebbuġ
Zebbug